SEARCH DATABASE
The Global Gender Equality Constitutional Database is a repository of gender equality related provisions in 194 constitutions from around the world. The Database was updated in partnership with the International Bar Association's Human Rights Institute (IBAHRI) and with support from the Swedish International Development Agency (SIDA) and the Government of Japan. Experience its wealth and depth of information by starting your search now.
Electoral Bodies
- English(1) There shall be an Electoral Commission for Malta.
…
(9) In the exercise of its functions under this Constitution the Electoral Commission shall not be subject to the direction or control of any other person or authority. (Art. 60) - Maltese(1) Għandu jkun hemm Kummissjoni Elettorali għal Malta.
…
(9) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skont din il-Kostituzzjoni l-Kummissjoni Elettorali ma tkunx suġġetta għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità oħra. (Art. 60)
Electoral Bodies
- English...
(3) It shall be the duty of the Electoral Commission to suspend the election, either in all electoral divisions or in any one or more of such divisions, if it has reasonable ground to believe that illegal or corrupt practices or other offences connected with the elections have been committed or there has been foreign interference and such practices, offences or interference have so extensively prevailed or have been of such nature that they may reasonably be expected to affect the result of the election, in all or in any one or more of the electoral divisions.
... (Art. 56) - Maltese…
(3) Ikun id-dmir tal-Kummissjoni Elettorali li tissospendi l-elezzjoni, jew fid-distretti elettorali kollha jew f’xi wieħed jew iktar minn dawk id-distretti, jekk ikollha raġuni xierqa li temmen li jkunu saru attijiet illegali jew ta’ korruzzjoni jew reati oħra li għandhom x’jaqsmu mal-elezzjonijiet jew kien hemm indħil barrani u dawk l-attijiet, reati jew indħil ikunu pprevalew b’mod hekk estensiv jew ikunu ta’ dik ix-xorta li raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom effett fuq ir-riżultat tal-elezzjoni, fid- distretti elettorali kollha jew f’xi wieħed jew iktar minnhom.
... (Art. 56)
National level
- English
(1) If at a general election which is contested by two or more political parties and in which only candidates of two parties are elected or in the eventuality of an election result as provided for in sub-paragraphs (i) and (ii) of the proviso to sub-article (1) of article 52 and in the event that the number of Members of Parliament of the under-represented sex, elected by virtue of article 52, inclusive of those members elected at a casual election in terms of the relevant regulations, is less than forty per cent (40%) of all the Members of Parliament, then the number of Members of Parliament shall increase by not more than twelve (12) Members of the under-represented sex:
Provided that the number of Members of Parliament of the under-represented sex elected by virtue of article 52 added to the members of the under-represented sex elected by virtue of this article shall not exceed forty per cent (40%) of the total number of elected Members of Parliament making up the House.
The candidates elected by virtue of this article are to be apportioned equally between the absolute majority party or the relative majority party and the minority party.
(2) Such candidate or candidates belonging to the underrepresented sex and who are candidates of the party or parties which shall be credited with the additional seats, and which were credited by the Electoral Commission at the last count with the highest or next higher number of votes without being elected, irrespective of the division in which such highest or next higher number of votes occur, shall be declared by the Electoral Commission as elected to fill the additional seats created by sub-article (1):
Provided that in the event that the number of candidates established under this article is not reached, following the application of the preceding sub-article, such candidates belonging to the underrepresented sex shall be declared by the Electoral Commission to be elected to fill the remaining additional seats created by this article who, being candidates of the party which is to be credited with the additional seats, were ranked on a national basis by the Electoral Commission with the highest or next higher number of percentage quota obtained on the basis of their respective final count vote before elimination in relation to the quota of the electoral division contested:
Provided further that in the event that the number of candidates established under this article is not reached as foreseen in this sub-article, the seats thereafter remaining vacant shall be filled by the co-option of a Member or Members by the House and such Member or Members shall be qualified to be elected as a Member of the House as established under article 53, shall not be subject to any disqualifications for membership of the House as provided under article 54 and shall belong to the under-represented sex.
(3) For the purpose of this article, elected and unelected candidates who are identified as gender-neutral persons in their official documentation, shall be counted with the under-represented sex.
(4) This article shall remain in force until the expiry of the period of twenty (20) years from the date of its coming into force, unless revoked or re-enacted with or without modification by means of an Act of Parliament according to the provisions of this Constitution. (Art. 52A) - Maltese
(1) Jekk f’elezzjoni ġenerali li tkun ikkontestata minn żewġ partiti politiċi jew aktar u li fiha l-kandidati ta’ żewġ partiti biss ikunu eletti jew f’każ ta’ riżultat ta’ elezzjoni kif provdut fis-subparagrafi (i) u (ii) tal-proviso tas-subartikolu (1) tal-artikolu 52 u fil-każ li n-numru ta’ Membri tal-Parlament tas-sess l-inqas rappreżentat, elett bis-saħħa tal-artikolu 52, inkluż dawk il-membri eletti f’elezzjoni każwali skont ir-regolamenti rilevanti, huwa inqas minn erbgħin fil-mija (40%) tal-Membri kollha tal-Parlament, allura n-numru ta’ Membri tal Parlament għandu jiżdied b’mhux aktar minn tnax (12)-il Membru tas-sess l-inqas rappreżentat:
Iżda n-numru ta’ Membri Parlamentari tas-sess l-inqas rappreżentat elett bis-saħħa tal-artikolu 52 miżjud mal-membri tas-sess l-inqas rappreżentat elett bis-saħħa ta’ dan l-artikolu ma għandux jaqbeż l-erbgħin fil-mija (40%) tan-numru totali ta’ Membri eletti tal-Parlament li jifforma l-Kamra.
Il-kandidati eletti bis-saħħa ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu mqassma ugwalment bejn il-partit b’maġġoranza assoluta jew il partit b’maġġoranza relattiva u l-partit b’minoranza.
(2) Dak il-kandidat jew il-kandidati li jagħmlu parti mis-sess l-inqas rappreżentat u li jkunu kandidati tal-partit jew tal-partiti li għandhom jiġu akkreditati bis-siġġijiet addizzjonali, u li jkunu ġew akkreditati mill-Kummissjoni Elettorali fl-aħħar għadd bl-ogħla jew bin-numru ta’ voti li jmiss l-aktar għoli mingħajr ma jkunu ġew eletti, irrispettivament mid-distrett fejn jinkiseb dak l-ogħla jew in-numru ta’ voti li jmiss l-aktar għoli, għandhom jiġu ddikjarati mill-Kummissjoni Elettorali bħala eletti biex jimlew is-siġġijiet addizzjonali maħluqa mis-subartikolu (1):
Iżda f’każ li n-numru ta’ kandidati stabbiliti taħt dan l-artikolu ma jintlaħaqx, wara l-applikazzjoni tas-subartikolu preċedenti, għandhom ikunu ddikjarati eletti mill-Kummissjoni Elettorali biex jimlew il-bqija tas-siġġijiet addizzjonali maħluqa minn dan l-artikolu, dawk il-kandidati li jagħmlu parti mis-sess l-inqas rappreżentat, li jkunu kandidati tal-partiti li għandhom jiġu akkreditati bis-siġġijiet addizzjonali u li ġew gradati fuq bażi nazzjonali mill-Kummissjoni Elettorali bl-ogħla jew bin-numru li jmiss l-aktar għoli ta’ kwota perċentwali miksuba fuq il-bażi tal-għadd finali tal-vot rispettiv tagħhom, qabel l-eliminazzjoni, b’rabta mal-kwota tad-distrett elettorali kkontestat:
Iżda wkoll f’każ li n-numru ta’ kandidati stabbiliti taħt dan l-artikolu ma jintlaħaqx kif previst f’dan is-subartikolu, is-siġġijiet li jibqgħu vakanti għandhom jimtlew bl-għażla ta’ Membru jew Membri mill-Kamra u dak il-Membru jew Membri għandhom ikunu kwalifikati biex ikunu eletti bħala Membru tal-Kamra kif stabbilit taħt l-artikolu 53, ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda skwalifika għas-sħubija fil-Kamra kif provdut taħt l-artikolu 54 u għandhom jappartjenu għas-sess l-inqas rappreżentat.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kandidati eletti jew li ma jkunux ġew eletti li huma identifikati bħala newtrali fir-rigward tal-ġeneru fid-dokumentazzjoni uffiċjali, għandhom jingħaddu mas-sess l-inqas rappreżentat.
(4) Dan l-artikolu għandu jibqa’ fis-seħħ sal-iskadenza tal-perjodu ta’ għoxrin (20) sena mid-data li jidħol fis-seħħ, sakemm ma jiġix imħassar jew imdaħħal mill-ġdid bi jew mingħajr modifika permezz ta’ Att tal-Parlament skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Kostituzzjoni. (Art. 52A)
Head of State
- English(1) There shall be a President of Malta who shall be appointed by Resolution supported by the votes of not less than two-thirds of all the members of the House:
Provided that notwithstanding the provisions of sub-article(3)(a), if the Resolution is not supported by the votes of not less than two-thirds of all the members of the House, the person occupying the office of the President of Malta shall, in any circumstance, remain in office until the Resolution is supported by the votes of not less than two-thirds of all the members of the House.
(2) A person shall not be qualified to be appointed to the office of President if –
(a) he is not a citizen of Malta; or
(b) he holds or has held the office of Chief Justice or other Judge of the Superior Courts; or
(c) he is not eligible for appointment to or to act in any public office in accordance with articles 109, 118 and 120 of this Constitution. (Art. 48) - Maltese(1) Għandu jkun hemm President ta’ Malta li għandu jiġi maħtur b’Riżoluzzjoni li jkollha favur tagħha l-voti ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra:
Iżda illi minkejja d-dispożizzjoni tas-subartikolu (3)(a), jekk ir-Riżoluzzjoni ma jkollhiex favur tagħha il-voti ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra, il-persuna li tkun tokkupa l-kariga ta’ President ta’ Malta għandha, fi kwalunkwe ċirkostanza, tibqa’ fil-kariga sakemm ir-Riżoluzzjoni jkollha favur tagħha l-voti ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra.
(2) Persuna ma tistax tiġi maħtura fil-kariga ta' President jekk –
(a) ma tkunx ċittadin ta' Malta; jew
(b) ikollha jew kellha l-kariga ta' Prim Imħallef jew imħallef ieħor tal-Qorti Superjuri; jew
(ċ) ma tkunx eliġibbli għal ħatra jew biex taġixxi f'xi kariga pubblika skont l-artikoli 109, 118 u 120 ta' din il-Kostituzzjoni. (Art. 48)
Head of State
- English(1) The executive authority of Malta is vested in the President.
… (Art. 78) - Maltese(1) L-awtorità esekuttiva ta’ Malta hija fil-President.
… (Art. 78)
Government
- EnglishWherever there shall be occasion for the appointment of a Prime Minister, the President shall appoint as Prime Minister the member of the House of Representatives who, in his judgment, is best able to command the support of a majority of the members of that House and shall, acting in accordance with the advice of the Prime Minister, appoint the other Ministers from among the members of the House of Representatives:
… (Art. 80) - MalteseKull meta jkun hemm lok għall-ħatra ta’ Prim Ministru, il-President għandu jaħtar bħala Prim Ministru l-membru tal-Kamra tad-Deputati li, fil-ġudizzju tiegħu, ikun l-aħjar li jkun jista’ jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Kamra u għandu, waqt li jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru, jaħtar lill-Ministri l-oħra minn fost il-membri tal-Kamra tad-Deputati:
… (Art. 80)
Government
- English(1) There shall be a Cabinet for Malta which shall consist of the Prime Minister and such number of other Ministers as may be appointed in accordance with article 80 of this Constitution.
(2) The Cabinet shall have the general direction and control of the Government of Malta and shall be collectively responsible therefor to Parliament. (Art. 79) - Maltese(1) Għandu jkun hemm Kabinett għal Malta li jkun magħmul mill-Prim Ministru u dak in-numru ta’ Ministri oħra li jistgħu jiġu maħtura skont l-artikolu 80 ta’ din il-Kostituzzjoni.
(2) Il-Kabinett ikollu d-direzzjoni ġenerali u l-kontroll tal-Gvern ta' Malta u jkun responsabbli kollettivament dwar hekk lejn il-Parlament. (Art. 79)
Legislature
- English
(1) If at a general election which is contested by two or more political parties and in which only candidates of two parties are elected or in the eventuality of an election result as provided for in sub-paragraphs (i) and (ii) of the proviso to sub-article (1) of article 52 and in the event that the number of Members of Parliament of the under-represented sex, elected by virtue of article 52, inclusive of those members elected at a casual election in terms of the relevant regulations, is less than forty per cent (40%) of all the Members of Parliament, then the number of Members of Parliament shall increase by not more than twelve (12) Members of the under-represented sex:
Provided that the number of Members of Parliament of the under-represented sex elected by virtue of article 52 added to the members of the under-represented sex elected by virtue of this article shall not exceed forty per cent (40%) of the total number of elected Members of Parliament making up the House.
The candidates elected by virtue of this article are to be apportioned equally between the absolute majority party or the relative majority party and the minority party.
... (Art 52A) - Maltese
(1) Jekk f’elezzjoni ġenerali li tkun ikkontestata minn żewġ partiti politiċi jew aktar u li fiha l-kandidati ta’ żewġ partiti biss ikunu eletti jew f’każ ta’ riżultat ta’ elezzjoni kif provdut fis-subparagrafi (i) u (ii) tal-proviso tas-subartikolu (1) tal-artikolu 52 u fil-każ li n-numru ta’ Membri tal-Parlament tas-sess l-inqas rappreżentat, elett bis-saħħa tal-artikolu 52, inkluż dawk il-membri eletti f’elezzjoni każwali skont ir-regolamenti rilevanti, huwa inqas minn erbgħin fil-mija (40%) tal-Membri kollha tal-Parlament, allura n-numru ta’ Membri tal Parlament għandu jiżdied b’mhux aktar minn tnax (12)-il Membru tas-sess l-inqas rappreżentat:
Iżda n-numru ta’ Membri Parlamentari tas-sess l-inqas rappreżentat elett bis-saħħa tal-artikolu 52 miżjud mal-membri tas-sess l-inqas rappreżentat elett bis-saħħa ta’ dan l-artikolu ma għandux jaqbeż l-erbgħin fil-mija (40%) tan-numru totali ta’ Membri eletti tal-Parlament li jifforma l-Kamra.
Il-kandidati eletti bis-saħħa ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu mqassma ugwalment bejn il-partit b’maġġoranza assoluta jew il partit b’maġġoranza relattiva u l-partit b’minoranza.
... (Art. 52A)
Legislature
- English
(1) Subject to the provisions of this Chapter, the House of Representatives shall consist of such number of members, being an odd number and divisible by the number of electoral divisions, as Parliament shall from time to time by law determine. Such members shall be elected in the manner provided by or under any law for the time being in force in Malta in equal proportions from the electoral divisions referred to in article 56 of this Constitution, each division returning such number of members, being not less than five and not more than seven as Parliament shall from time to time by law determine; and such members shall be known as "Members of Parliament"
... (Art. 52) - Maltese
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Kamra tad-Deputati tkun magħmula minn dak in-numru ta’ membri, li jkun numru fard u li jkun diviżibbli bin-numru tad-distretti elettorali, li l-Parlament jista’ minn żmien għal żmien b’liġi jistabbilixxi. Dawk il-membri jiġu eletti bil-mod provdut minn jew skont xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta bi proporzjonijiet indaqs mid-distretti elettorali msemmija fl-artikolu 56 ta’ din il-Kostituzzjoni, billi kull distrett jeleġġi dak in-numru ta’ membri, li ma jkunx inqas minn ħamsa u mhux iktar minn sebgħa kif il-Parlament għandu minn żmien għal żmien jistabbilixxi; u dawk il-membri jkunu magħrufa bħala "Membri tal-Parlament"
... (Art. 52)
Legislature
- English
Subject to the provisions of article 54 of this Constitution, a person shall be qualified to be elected as a member of the House of Representatives if, and shall not be qualified to be so elected unless, that person has attained the age of eighteen years and he has the qualifications for registration as a voter for the election of members of the House of Representatives mentioned in paragraphs (a) and (c) of article 57 of this Constitution. (Art. 53)
- Maltese
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-artikolu 54 ta’ din il-Kostituzzjoni, persuna tkun kwalifikata biex tkun eletta bħala membru tal-Kamra tad-Deputati jekk ikollha, u ma tkunx kwalifikata biex tkun hekk eletta kemm-il darba ma jkollhiex l-età ta’ tmintax-il sena u l-kwalifiki għar-reġistrazzjoni bħala elettur għall-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati msemmija fil-paragrafi (a) u (ċ) tal-artikolu 57 ta’ din il-Kostituzzjoni. (Art. 53)