SEARCH DATABASE
The Global Gender Equality Constitutional Database is a repository of gender equality related provisions in 194 constitutions from around the world. The Database was updated in partnership with the International Bar Association's Human Rights Institute (IBAHRI) and with support from the Swedish International Development Agency (SIDA) and the Government of Japan. Experience its wealth and depth of information by starting your search now.
ABOUT 4 RESULTS
Political Rights and Association
Malta
- EnglishSubject to the provisions of article 58 of this Constitution, a person shall be qualified to be registered as a voter for the election of members of the House of Representatives if, and shall not be qualified to be so registered unless –
(a) he is a citizen of Malta;
(b) he has attained the age of sixteen years; and
(c) he is resident in Malta and has during the eighteen months immediately preceding his registration been a resident for a continuous period of six months or for periods amounting in the aggregate to six months:
Provided that this paragraph shall not apply to a person who is ordinarily resident in Malta but has not been resident in Malta as required by this paragraph by reason of service abroad in the public service, including service in the offices referred to in sub-article (3) of article 124 of this Constitution, or by reason of service abroad in, or as a member of, a disciplined force as defined in article 47 of this Constitution. (Art. 57) - MalteseBla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-artikolu 58 ta’ din il-Kostituzzjoni, persuna tkun kwalifikata biex tkun reġistrata bħala elettur għall-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati jekk tkun, u ma tkunx kwalifikata biex tkun hekk reġistrata jekk ma tkunx –
(a) ċittadin ta’ Malta;
(b) għalqet l-età ta’ sittax-il sena; u
(ċ) residenti f’Malta u matul it-tmintax-il xahar minnufih qabel ir-reġistrazzjoni tagħha hekk residenti għal perijodu kontinwu ta’ sitt xhur jew għal perijodi li jammontaw fit-total globali għal sitt xhur:
Iżda dan il-paragrafu ma japplikax għal persuna li tkun ordinarjament tirrisjedi f’Malta iżda ma tkunx tirrisjedi f’Malta kif meħtieġ b’dan il-paragrafu minħabba servizz barra minn Malta fis-servizz pubbliku, magħdud servizz fil-karigi msemmija fis-subartikolu (3) tal-artikolu 124 ta’ din il-Kostituzzjoni, jew minħabba servizz barra minn Malta f’korp, jew bħala membru ta’ korp, dixxiplinat kif imfisser fl-artikolu 47 ta’ din il-Kostituzzjoni. (Art. 57)
Political Rights and Association
Malta
- English(1) Except with his own consent or by way of parental discipline no person shall be hindered in the enjoyment of his freedom of peaceful assembly and association, that is to say, his right peacefully to assemble freely and associate with other persons and in particular to form or belong to trade or other unions or associations for the protection of his interests.
… (Art. 42) - Maltese(1) Ħlief bil-kunsens tiegħu stess jew bħala dixxiplina tal-ġenituri ħadd ma għandu jiġi mfixkel fit-tgawdija tal-libertà tiegħu ta' għaqda u assoċjazzjoni paċifika, jiġifieri, id-dritt tiegħu li jingħaqad paċifikament u liberament u jassoċja ma' persuni oħra u b'mod partikolari li jifforma jew jappartjeni lil trade union jew unions jew assoċjazzjonijiet oħra għall-protezzjoni tal-interessi tiegħu.
… (Art. 42)
Political Rights and Association
Malta
- EnglishWhereas every person in Malta is entitled to the fundamental rights and freedoms of the individual, that is to say, the right, whatever his race, place of origin, political opinions, colour, creed, sex, sexual orientation or gender identity, but subject to respect for the rights and freedoms of others and for the public interest, to each and all of the following, namely –
…
(b) freedom of conscience, of expression and of peaceful assembly and association;
… (Art. 32) - MalteseBilli kull persuna f’Malta hija intitolata għad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-individwu, jiġifieri, id-dritt, tkun xi tkun ir-razza, post ta’ oriġini, fehmiet politiċi, kulur, twemmin, sess, orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru tagħha, iżda suġġett għar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn u tal-interess pubbliku, għal kull waħda u kollha kemm huma dawn li ġejjin, jiġifieri-
…
(b) il-libertà ta’ kuxjenza, ta’ espressjoni u ta’ għaqda u assoċjazzjoni paċifika;
… (Art. 32)
Political Rights and Association
Malta
- EnglishThe State shall promote the equal right of men and women to enjoy all economic, social, cultural, civil and political rights and for this purpose shall take appropriate measures to eliminate all forms of discrimination between the sexes by any person, organisation or enterprise;
… (Art. 14) - MalteseL-Istat għandu jippromwovi dritt ugwali ta’ rġiel u nisa li jgawdu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċivili u politiċi kollha u għal dan il-għan għandu jieħu dawk il-miżuri li jkunu ndikati biex jelimina kull forma ta’ diskriminazzjoni bejn is-sessi, minn kull persuna, organizzazzjoni jew azjenda;
… (Art. 14)