Constitution of Malta 1964, as amended to 2022
Legislature
  • English
    There shall be a Parliament of Malta which shall consist of the President and a House of Representatives. (Art. 51)
  • Maltese
    Għandu jkun hemm Parlament ta’ Malta li jkun magħmul mill-President u minn Kamra tad-Deputati. (Art. 51)
Legislature
  • English

    (1) Subject to the provisions of this Chapter, the House of Representatives shall consist of such number of members, being an odd number and divisible by the number of electoral divisions, as Parliament shall from time to time by law determine. Such members shall be elected in the manner provided by or under any law for the time being in force in Malta in equal proportions from the electoral divisions referred to in article 56 of this Constitution, each division returning such number of members, being not less than five and not more than seven as Parliament shall from time to time by law determine; and such members shall be known as "Members of Parliament"
    ... (Art. 52)

  • Maltese

    (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Kamra tad-Deputati tkun magħmula minn dak in-numru ta’ membri, li jkun numru fard u li jkun diviżibbli bin-numru tad-distretti elettorali, li l-Parlament jista’ minn żmien għal żmien b’liġi jistabbilixxi. Dawk il-membri jiġu eletti bil-mod provdut minn jew skont xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta bi proporzjonijiet indaqs mid-distretti elettorali msemmija fl-artikolu 56 ta’ din il-Kostituzzjoni, billi kull distrett jeleġġi dak in-numru ta’ membri, li ma jkunx inqas minn ħamsa u mhux iktar minn sebgħa kif il-Parlament għandu minn żmien għal żmien jistabbilixxi; u dawk il-membri jkunu magħrufa bħala "Membri tal-Parlament"
    ... (Art. 52)

Legislature
  • English

    (1) If at a general election which is contested by two or more political parties and in which only candidates of two parties are elected or in the eventuality of an election result as provided for in sub-paragraphs (i) and (ii) of the proviso to sub-article (1) of article 52 and in the event that the number of Members of Parliament of the under-represented sex, elected by virtue of article 52, inclusive of those members elected at a casual election in terms of the relevant regulations, is less than forty per cent (40%) of all the Members of Parliament, then the number of Members of Parliament shall increase by not more than twelve (12) Members of the under-represented sex:
    Provided that the number of Members of Parliament of the under-represented sex elected by virtue of article 52 added to the members of the under-represented sex elected by virtue of this article shall not exceed forty per cent (40%) of the total number of elected Members of Parliament making up the House.
    The candidates elected by virtue of this article are to be apportioned equally between the absolute majority party or the relative majority party and the minority party.
    ... (Art 52A)

  • Maltese

    (1) Jekk f’elezzjoni ġenerali li tkun ikkontestata minn żewġ partiti politiċi jew aktar u li fiha l-kandidati ta’ żewġ partiti biss ikunu eletti jew f’każ ta’ riżultat ta’ elezzjoni kif provdut fis-subparagrafi (i) u (ii) tal-proviso tas-subartikolu (1) tal-artikolu 52 u fil-każ li n-numru ta’ Membri tal-Parlament tas-sess l-inqas rappreżentat, elett bis-saħħa tal-artikolu 52, inkluż dawk il-membri eletti f’elezzjoni każwali skont ir-regolamenti rilevanti, huwa inqas minn erbgħin fil-mija (40%) tal-Membri kollha tal-Parlament, allura n-numru ta’ Membri tal Parlament għandu jiżdied b’mhux aktar minn tnax (12)-il Membru tas-sess l-inqas rappreżentat:
    Iżda n-numru ta’ Membri Parlamentari tas-sess l-inqas rappreżentat elett bis-saħħa tal-artikolu 52 miżjud mal-membri tas-sess l-inqas rappreżentat elett bis-saħħa ta’ dan l-artikolu ma għandux jaqbeż l-erbgħin fil-mija (40%) tan-numru totali ta’ Membri eletti tal-Parlament li jifforma l-Kamra.
    Il-kandidati eletti bis-saħħa ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu mqassma ugwalment bejn il-partit b’maġġoranza assoluta jew il partit b’maġġoranza relattiva u l-partit b’minoranza. 
    ... (Art. 52A)

Legislature
  • English

    Subject to the provisions of article 54 of this Constitution, a person shall be qualified to be elected as a member of the House of Representatives if, and shall not be qualified to be so elected unless, that person has attained the age of eighteen years and he has the qualifications for registration as a voter for the election of members of the House of Representatives mentioned in paragraphs (a) and (c) of article 57 of this Constitution. (Art. 53)

  • Maltese

    Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-artikolu 54 ta’ din il-Kostituzzjoni, persuna tkun kwalifikata biex tkun eletta bħala membru tal-Kamra tad-Deputati jekk ikollha, u ma tkunx kwalifikata biex tkun hekk eletta kemm-il darba ma jkollhiex l-età ta’ tmintax-il sena u l-kwalifiki għar-reġistrazzjoni bħala elettur għall-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati msemmija fil-paragrafi (a) u (ċ) tal-artikolu 57 ta’ din il-Kostituzzjoni. (Art. 53)

1

Constitution of Malta 1964, as amended to 2022 (English). According to Art. 5(1): "The National language of Malta is the Maltese language.”

Links to all sites last visited 8 April 2024
3
Chapter IV on Fundamental Rights and Freedoms of the Individual