Constitution of Malta 1964, as amended to 2022
Affirmative Action (Broadly)
  • English
    The State shall promote the equal right of men and women to enjoy all economic, social, cultural, civil and political rights and for this purpose shall take appropriate measures to eliminate all forms of discrimination between the sexes by any person, organisation or enterprise;
    … (Art. 14)
  • Maltese
    L-Istat għandu jippromwovi dritt ugwali ta’ rġiel u nisa li jgawdu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċivili u politiċi kollha u għal dan il-għan għandu jieħu dawk il-miżuri li jkunu ndikati biex jelimina kull forma ta’ diskriminazzjoni bejn is-sessi, minn kull persuna, organizzazzjoni jew azjenda;
    … (Art. 14)
Affirmative Action (Broadly)
  • English
    (1) Subject to the provisions of sub-articles (4), (5) and (7) of this article, no law shall make any provision that is discriminatory either of itself or in its effect. (2) Subject to the provisions of sub-articles (6), (7) and (8) of this article, no person shall be treated in a discriminatory manner by any person acting by virtue of any written law or in the performance of the functions of any public office or any public authority.
    (3) In this article, the expression "discriminatory" means affording different treatment to different persons attributable wholly or mainly to their respective descriptions by race, place of origin, political opinions, colour, creed, sex, sexual orientation or gender identity whereby persons of one such description are subjected to disabilities or restrictions to which persons of another such description are not made subject or are accorded privileges or advantages which are not accorded to persons of another such description.
    ...
    (11) Nothing in the provisions of this article shall apply to any law or anything done under the authority of a law, or to any procedure or arrangement, in so far as such law, thing done, procedure or arrangement provides for the taking of special measures aimed at accelerating de facto equality between men and women, and in so far only as such measures, taking into account the social fabric of Malta, are shown to be reasonably justifiable in a democratic society. (Art. 45)
  • Maltese
    (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4), (5) u (7) ta’ dan l-artikolu, ebda liġi ma għandha tagħmel xi disposizzjoni li tkun diskriminatorja sew fiha nnifisha jew fl-effett tagħha.
    (2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (6), (7) u (8) ta’ dan l-artikolu, ħadd ma għandu jiġi trattat b’mod diskriminatorju minn xi persuna li taġixxi bis-saħħa ta’ xi liġi miktuba jew fil-qadi tal-funzjonijiet ta’ xi kariga pubblika jew xi awtorità pubblika.
    (3) F’dan l-artikolu, il-kelma "diskriminatorju" tfisser għoti ta’ trattament differenti lil persuni differenti attribwibbli għal kollox jew prinċipalment għad-deskrizzjoni tagħhom rispettiva skont ir-razza, post ta’ oriġini, opinjonijiet politiċi, kulur, fidi, sess, orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru li minħabba fihom persuni ta’ deskrizzjoni waħda bħal dawn ikunu suġġetti għal inkapaċitajiet jew restrizzjonijiet li persuni ta’ deskrizzjoni oħra bħal dawn ma jkunux suġġetti għalihom jew ikunu mogħtija privileġġi jew vantaġġi li ma jkunux mogħtija lil persuni ta’ deskrizzjoni oħra bħal dawn.
    ...
    (11) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandha tgħodd għal xi liġi, jew għal xi ħaġa magħmula taħt l-awtorità ta’ xi liġi, jew għal xi proċedura jew arranġament, sa fejn dik il-liġi, ħaġa magħmula, proċedura jew arranġament jipprovdu għat-tehid ta’ miżuri speċjali bil-għan li tiġi aċċellerata l-ugwaljanza de facto bejn irġiel u nisa, u sa fejn biss dawk il-miżuri, meħud kont tat-tessut soċjali ta’ Malta, ikunu murija li huma raġjonevolment ġustifikati f’soċjetà demokratika. (Art. 45)
1

Constitution of Malta 1964, as amended to 2022 (English). According to Art. 5(1): "The National language of Malta is the Maltese language.”

Links to all sites last visited 8 April 2024
3
Chapter IV on Fundamental Rights and Freedoms of the Individual