Constitution of Malta 1964, as amended to 2022
Citizenship and Nationality
  • English
    (1) The acquisition, possession, renunciation and loss of Maltese citizenship shall be regulated by law.
    (2) Dual or multiple citizenship is permitted in accordance with any law for the time being in force in Malta. (Art. 22)
  • Maltese
    (1) Il-ksib, il-pussess, ir-rinunzja u t-telfien taċ-ċittadinanza Maltija għandhom jiġu regolati bil-liġi.
    (2) Iċ-ċittadinanza doppja jew multipla hija permessa skont liġi li f’dak iż-żmien tkun fis-seħħ f’Malta. (Art. 22)
Citizenship and Nationality
  • English
    (1) No citizen of Malta shall be deprived of his freedom of movement, and for the purpose of this article the said freedom means the right to move freely throughout Malta, the right to reside in any part of Malta, the right to leave and the right to enter Malta.

    (4) For the purposes of this article, any person –
    (a) who has emigrated from Malta (whether before, on or after the appointed day) and, having been a citizen of Malta by virtue of article 3(1) or of article 5(1) of the Maltese Citizenship Act as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000, has ceased to be such a citizen; or
    (b) who emigrated from Malta before the appointed day and, but for his having ceased to be a citizen of the United Kingdom and Colonies before that day, would have become a citizen of Malta by virtue of article 3(1) of the Maltese Citizenship Act as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000; or
    (c)* who is the spouse of a person mentioned in paragraph (a) or (b) of this sub-article or of a person who is a citizen of Malta by virtue of article 3(1) or of article 5(1) of the Maltese Citizenship Act as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000, and who has been married to that person for at least five years and is living with that person, or is the child under twenty-one years of age of such a person; or
    (d) who is the widow or the widower of a person mentioned in paragraph (a) or paragraph (b) of this subarticle or of a person who at the time of his or her death was a citizen of Malta by virtue of article 3(1) or of article 5(1) of the Maltese Citizenship Act as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000, and who was still living with him or her at the time of his or her death and had been married to that person for at least five years or who would, but for the death of that person, have been so married for at least five years, or is the child under twenty-one years of age of such a person,
    shall be deemed to be a citizen of Malta by virtue of article 3(1) or of article 5(1) of the Maltese Citizenship Act as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000:
    Provided that if the Minister responsible for matters relating to Maltese citizenship at any time by order declares that it is contrary to the public interest that a spouse as is mentioned in paragraph (c), or a widow or widower as is mentioned in paragraph (d), or a child over eighteen years of age as is mentioned in paragraph (c) or (d) is to be so deemed, or to continue to be so deemed, such spouse, widow, widower or child, as the case may be, shall thereupon cease to be deemed to be a citizen of Malta as aforesaid:
    Provided further that the Minister responsible for matters relating to Maltese citizenship shall not be required to assign any reason for the issue of any order referred to in the immediately preceding proviso, and the decision of the Minister on any such order shall not be subject to appeal to or review in any court.
    … (Art. 44)
  • Maltese
    (1) Ebda ċittadin ta’ Malta ma għandu jiġi pprivat mil-libertà tiegħu ta’ moviment, u għall-fini ta’ dan l-artikolu din il-libertà tfisser id-dritt ta’ moviment liberu ġewwa Malta, id-dritt li jirrisjedi f’kull parti ta’ Malta, id-dritt li joħroġ minn Malta u d-dritt li jidħol Malta.

    (4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kull persuna -
    (a) li tkun emigrat minn Malta (kemm jekk qabel, fi jew wara l-ġurnata stabbilita) u, billi kienet ċittadin ta’ Malta bis-saħħa tal-artikolu 3(1) jew tal-artikolu 5(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ tal-Att tal-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, tkun temmet milli tkun ċittadin bħal dak; jew
    (b) li emigrat minn Malta qabel il-ġurnata stabbilita u, li ma kienx għaliex tkun temmet milli tkun ċittadin tar-Renju Unit u Kolonji qabel dik il-ġurnata, kienet issir ċittadin ta’ Malta bis-saħħa tal-artikolu 3(1) l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ tal-Att tal-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija; jew
    (ċ)* li jkun il-konjuġi ta’ persuna msemmija fil-paragrafu (a) jew (b) ta’ dan is-subartikolu jew ta’ persuna li tkun ċittadin ta’ Malta bis-saħħa tal-artikolu 3(1) jew tal-artikolu 5(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ tal-Att tal-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u li tkun miżżewġa lil dik il-persuna għal mill-inqas ħames snin u li tkun tgħix ma’ dik il-persuna, jew tkun l-iben jew il-bint taħt il-wieħed u għoxrin sena ta’ età ta’ dik il-persuna; jew,
    (d) li tkun l-armla jew l-armel ta’ persuna msemmija fil-paragrafu (a) jew fil-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu jew ta’ persuna li fil-waqt tal-mewt tiegħu jew tagħha kienet ċittadin ta’ Malta bis-saħħa tal-artikolu 3(1) jew tal-artikolu 5(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ tal-Att tal-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, u li kienet għadha tgħix miegħu jew jgħix magħha fil-waqt tal-mewt tiegħu jew tagħha u li kienet ilha miżżewġa lil dik il-persuna għal mill-inqas ħames snin, jew li kieku kienet, li ma kienx għall-mewt ta’ dik il-persuna, tkun ilha hekk miżżewġa għal mill-inqas ħames snin, jew tkun l-iben jew il-bint taħt l-età ta’ wieħed u għoxrin sena ta’ dik il-persuna,
    għandha titqies li tkun ċittadin ta’ Malta bis-saħħa tal-artikolu 3(1) jew tal-artikolu 5(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ tal-Att tal-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija:
    Iżda jekk il-Ministru responsabbli għall-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija f’xi żmien b’ordni jiddikjara li jkun kontra l-interess pubbliku li konjuġi kif hemm imsemmi fil-paragrafu (ċ), jew armla jew armel kif hemm imsemmi fil-paragrafu (d), jew iben jew bint li jkollhom ’il fuq minn tmintax-il sena ta’ età kif hemm imsemmi fil-paragrafu (ċ) jew (d) għandhom hekk jitqiesu, jew ikomplu hekk jitqiesu, dawk il-konjuġi, armla, armel, iben jew bint, skont il-każ, għandhom ma’ dan itemmu milli jitqiesu bħala ċittadini ta’ Malta kif imsemmi qabel:
    Iżda wkoll, il-Ministru responsabbli għall-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija ma għandux ikun meħtieġ li jagħti ebda raġuni għall-ħruġ ta’ xi ordni msemmi fil-proviso li jiġi minnufih qabel, u d-deċiżjoni tal-Ministru dwar xi ordni bħal dan ma għandha tkun suġġetta għal appell jew stħarriġ f’ebda qorti.
    … (Art. 44)
1

Constitution of Malta 1964, as amended to 2022 (English). According to Art. 5(1): "The National language of Malta is the Maltese language.”

Links to all sites last visited 8 April 2024
3
Chapter IV on Fundamental Rights and Freedoms of the Individual